Friday, May 20, 2016

Se jitneħħa ġnien biex

isir parkeġġ ta' tlett sulari

Ġnien li jinsab fi Triq it-Torri f'Tas-Sliema hu fi pjani tal-Kunsill Lokali biex jitneħħa u floku isir parkeġġ ta' tlett sulari.  Jidher li l-għan hu dak li tittaffa' l-problema akuta ta' parkeġġ f'Tas-Sliema.
Din il-proposta ta' żvilupp li dwarha saret applikazzjoni mal-MEPA ma niżlitx tajjeb ma' kulħadd, fejn hemm min qed jilmenta dwar il-fatt li dan il-ġnien se jispiċċa.  Biss inewsmalta.com hu nfurmat li apparti li se jitneħħa l-ġnien biex ikun hemm parkeġġ, fl-applikazzjoni ta' żvilupp qed jingħad li fuq l-istess binja xorta se jsir ġnien u anke bandli.
Residenti Slimiżi oħrajn qed jilmentaw mill-fatt li sakemm jitlesta l-proġett, se jkun hemm ħafna inkonvenjenzi u qed jappellaw lill-kunsill biex jara li dawn jitnaqqsu kemm jista' jkun.

Intant il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema jikkundanna u jiċħad bl-aktar mod kategoriku l-artiklu li ġie ppublikat fuq il-portal inewsmalta.com, fejn intqal illi b’xi mod il-Kunsill se jneħħi ġnien u post ta’ rikreazzjoni għall-familji fil-lokalita’.
Il-Kunsill Lokali ssottometta applikazzjoni mal-MEPA għal permess sabiex kun jista’ jibni parkeġġ taħt l-art li se jakkomoda madwar 180 karozza u fuq dan il-parkeġġ ser jerġa’ jinbena playground bl-aktar faċilitajiet moderni, sabiex jitgawda mill-familji tal-lokalita’.
Dan il-parkeġġ, se jservi ukoll, biex matul ix-xhur tas-Sajf, titnaqqas ferm il-konġestjoni li tinħoloq fil-parkeġġ miftuħ li hemm bħalissa fiż-żona tal-Exiles, fejn saħansitra numru ta’ vetturi qed jiġu pparkjati fuq il-blat tal-bajja li tinsab taħt it-Torri.
Għaldaqstant il-Kunsill jinnota’ li fit-titlu ta’ dan l-imsemmi artiklu, u l-informazzjoni li ngħatat hija żbaljata.
F’kummenti lil dan is-sit, il-Kunsill innota illi għandu dmir lejn ir-residenti biex jipproteġi u jħares il-postijiet pubbliċi u qatt m’huwa ser jidħol għal proġett bi flus tal-poplu biex ikun ta’ detriment f’lokalita’ li fiha kien u għadu isir sfreġju kontinwu ta’ bini u żvilupp.

1 Comments:

At December 3, 2017 at 2:18 AM , Anonymous Anonymous said...

Għandek bżonn self? JEKK LE IVA! Kuntatt Hobelman Finance and Mortgages Limited ® Għal ammont ta 'self żgħir u kbir. Noffru self b'rata ta 'imgħax affordabbli ta' 2%. Ikkuntattjana llum permezz ta 'e-mail f'hobelmanfinance@gmail.com u l-ħidma tiegħek magħna se tkun esperjenza tajba. +17816567138 il-kreditu huwa miftuħ għal kulħadd irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu.

 

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home