SOS Malta b'appell urġenti għal donazzjonijiet mill-Maltin
Ftit tal-ħin ilu l-organizazzjoni SOS Malta nediet appell urġenti għal dawk milqutin mit-terremot li seħħ kmieni nhar l-Erbgħa filgħodu fiċ-ċentru tal-Italja.It-tim Malti għaddej b'ħidma fil-belt ta' Amatrice, li hi l-aktar milquta mit-terremot.
SOS Malta enfasizzat li dawk li salvaw mit-terremot għandhom bżonn urġenti għall-provvisti ta' emerġenza u dan biex ikunu assistiti għal perjodu ta' żmien sakemm jirkupraw. Huma appellaw biex il-poplu Malti jkun ġeneruż u jikkontribwixxi.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home