L-iżgħar kaptan fid-dinja tingħta titjira lejn Malta
Kien madwar 10 snin ilu li Kate McWilliams kien bdiet taħdem bħala air cadet. Qatt ma ħarset lura u ftit snin wara bdiet tistudja biex tilħaq pilota. Fl-età ta' 26 sena, Kate ingħatat promozzjoni mil-linja tal-ajru easyJet, biex minn first officer saret kaptan. Ftit jiem ilu hi tajret l-ewwel titjira tagħha bħala kaptan min Gatwick lejn Malta. Biex tkompli tagħmel din it-titjira aktar specjali magħha kellha lil Luke Elsworth li aktar kmieni din is-sena, dan sar l-iżgħar pilota fir-Renju Unit fl-età ta' 19-il sena. Kelliem għall-kumpanija qal lil ġurnal Ingliż Daily Mail, li huma jemmnu li Kate McWilliams hu l-iżgħar kaptan ma' linja tal-ajru kummerċjali fid-dinja.
Kate McWilliams qabdet il-karriera ta' air cadet fl-età ta' 13-il sena u ta' 19-il sena bdiet l-istudji tagħha għal pilota. Hi tgħid li "ma naħsibx li l-età tagħmel differenza. Jien għamilt l-istess taħriġ bħal ħaddieħor. Illum jistaqsuni kemm għandi żmien, xi ħaġa li ma kinitx issir meta kont first officer. Ħafna drabi huma l-cabin crew li jistaqsu imma ġieli anki l-passiġġieri jagħmlu l-mistoqsijiet." Huma bis 5 fil-mija tal-piloti ma' linji tal-ajru kummerċjali li huma nisa. Is-senas li għaddiet easyJet kienet ħabbret inizjattiva biex l-ammont ta' piloti nisa jiżdied għal 12 fil-mija. Hi ingħaqdet mal-easyJet f'Mejju tas-sena 2011. Oriġinarjament hi minn Carlisle, u taħdem mill-ajruport ta' Gatwick. Hi ttajjar Airbus A319 u A320 u tajret ajruplani f'madwar 100 destinazzjoni.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home