'Mhix taħdem ir-reġistrazzjoni tal-
immigranti….fallew 'ir-regoli ta' Dublin'
- MEP Liberali Cecilia Wikstrom
Il-Membru Parlamentari fil-Parlament Ewropew f'isem il-Liberali Svediżi, Cecilia Wikstrom, ilbieraħ iddikjarat fuq l-istazzjon tar-radju Svediż - Ekot, li ir-reġistrazzjoni ta' immigranti li jkun qed jipprovaw jidħlu f'territorju Ewropew waqfet taħdem. Hi iddikjara li s-sistema tat-teħid tal-marki tas-swaba waqfet taħdem, tant li immigranti Afrikani u Sirjani fl-Italja qed jitħallew jivvjaġġaw lejn it-Tramuntana fejn minn hemm imorru lejn pajjiżi oħra. "Wasal iż-żmien li niddiskutu sistema alternattiva", iddikjarat Wikstrom. Fl-Unjoni Ewropea huma diversi dawk li fl-aħħar xhur u ġimgħat għamlu sejħiet biex ikun hemm sistema li permezz tagħha ammont ta' immigranti Afrikani u minn pajjiżi oħra jidħlu b'mod legali.
Intant il-Pulizija Maltija iddikjarat li l-proċess tat-teħid tal-marki tas-swaba tal-immigranti li jaslu ghadu qed isir.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home