Tuesday, January 26, 2016

Id-dejn tal-pajjiż naqas b'4.5%, minn aktar minn 70% għal 66.3%

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna, meta llejla introduċa fil-Parlament l-abbozz ta' liġi li jimplimenta l-miżuri tal-estimi, iddikjara li d-dejn tal-pajjiż naqas b'4.5 fil-mija matul it-tielet kwart tas-sena li għaddiet u minn aktar minn 70 fil-mija tal-ġid nazzjonali issa jinsab fil-livell ta' 66.3 fil-mija. Hu spjega li dalwaqt se jitressaq abbozz ta' liġi dwar kumpaniji li jaqgħu f'diffikultajiet finanzjarji u dan biex jagħtihom it-tieni ċans qabel ikunu likwidati. Miżuri oħra li se jitħabbru se jagħmlu lil Malta aktar kompetittiva.
"Ir-ranking baxx li għandu pajjiżna hu dovut għal dawk il-miżuri li l-gvern ta' qabel dejjem sabha diffiċli biex iwettaq," qal il-Ministru Scicluna. Huwa saħaq li l-isfidi fil-qasam tal-manifattura għadhom hemm. "X'jiġri hawn jiddependi mill-qasam interenazzjonali. Nuqqas ta' domanda fis-suq internazzjonali jaffettwa l-manifattura. Minkejja dan kollu, is-settur tal-manifattura tagħna felaħ għal dawn ix-xokkijiet u l-impjieg żdiedu matul l-aħħar sena b'madwar 400 persuna."
Il-Ministru kompla jgħid li l-ammont ta' konvenji telgħu minn 8,000 fis-sena 2012, għal 9,000 fis-sena 2013, 11,000 konvenju fis-sena 2014 u 14,000 konvenju s-sena li għaddiet. Qal li n-numru ta' dawk li xtraw post għall-ewwel darba, u għalhekk gawdew mill-eżenzjoni tal-boll, tela' għal 6,000 persuna. Għalkemm ġew jiswew xi €20 miljun lill-Gvern, id-dħul għall-gvern baqa' jiżdied.
Il-kelliem żied jgħid li dan il-Baġit, bħat-tnejn ta' qablu, kellu riżultati fosthom dik li dawk li jaħdmu fultajm telgħu għal 172,000 persuna waqt li bil-partajmers iżjed minn nofs il-popolazzjoni ta' pajjiżna joħorġu jaħdmu. Dan ifisser li f'din il-leġiżlatura kien hemm żieda ta' 16,000 impjieg fultajm. Kien qed ikun hemm żieda ta' 18-il impjieg kuljum. Din hi tliet darbiet akbar mir-rata ta' ħolqien tax-xogħol tal-amministrazzjoni preċedenti.
Dwar l-iżbilanċ finanzjarju tal-Gvern, il-Ministru qal li fl-ewwel sentejn ta' ħidma d-deficit tnaqqas b'€220 miljun. Is-sena li għaddiet id-deficit naqas għal €161 miljun. F'Marzu jew April inkunu nistgħu naraw l-istampa reali tas-sena li għaddiet. Il-figuri juru li fit-tielet kwart tas-sena li għaddiet, ġie reġistrat l-inqas deficit - dak ta' €6.5 miljun.
"Ninsabu fid-direzzjoni t-tajba li konna qed nipproġettaw, jiġifieri dik li d-deficit ikun ta' €157 miljun. Id-deficit jinżel billi jew jiżdied id-dħul, jew jonqos l-infiq, jew b'kombinazzjoni ta' dawn it-tnejn. Daħal l-Att dwar ir-Responsabbilità Fiskali li jara li jkun hemm aktar kontroll fl-infiq tal-Gvern, fejn il-Gvern intrabat li jagħti rendikont matul is-sena," qal il-Ministru.

1 Comments:

At July 5, 2019 at 4:13 PM , Blogger Anneli Jäätteenmäki said...

Kull min qed jaqra din ix-xhieda llum għandu jiċċelebra miegħi u l-familja tiegħi għax kollha bdew bħala ċajta għal xi nies u oħrajn qalu li kien impossibbli. Jisimni Ruben lucas u jien minn malta, imma niċċaqlaq f 'Chicago US ma' marti. Jiena miżżewweġ ferħan ma 'żewġt itfal u mara sabiħa. Ġara xi ħaġa ħażina mal-familja tiegħi, tilef ix-xogħol tiegħi u martu telqu mid-dar tiegħi minħabba li ma nistax nieħu ħsieb tajjeb ta 'lili nnifsi u l-bżonnijiet tal-familja. minnha u t-tfal tiegħi f'dak il-mument partikolari. Jien irnexxieli għal disa 'snin, l-ebda mara ma tappoġġini biex nieħu ħsieb it-tfal. nipprova nibgħat messaġġ tat-test lil marti imma hija timblokka lili milli titkellem miegħu nipprova nitkellem ma 'ħabibha u mal-membri tal-familja tagħha imma xorta naf wieħed jista' jgħinni u jien kont qed nissottometti applikazzjoni aktar tard lil ħafna kumpaniji imma xorta huma għamlu M'għandekx ċempilli, sakemm ġiet ġurnata leali li qatt ma ninsa f'ħajti. Meta ltqajt ma 'ħabib antik ta' mini spjegajt id-diffikultajiet kollha tiegħi u hu qalli dwar raġel kbir li jgħin lilu jsib xogħol tajjeb fil- kumpanija tal-koka kola u qalli li l-ortografija tiegħu imma jien persuna li qatt ma temmen fil-kastell ta 'l-ortografiċi imma iddeċidejt li jipprova hu u ismu huwa Drosagiede huwa ta struzzjonijiet u wera lili x'għandek tagħmel f'dawn it-tlett ijiem minn Ikla l-ikla l-ikla ta 'nofsinhar. Insegwi l-istruzzjonijiet kollha u nagħmel dak li talabni biex nagħmel tajjeb. hu jaċċerta ruħu li kollox mar tajjeb u marti jerġgħu narawni wara xogħol sabiħ ta 'Drosagiede. Marti ċempelni b'numru mhux magħruf u skużatha u qaltli li hi tassew taqbeżni u t-tfal tagħna u martu jirritornaw lejn l-Intern. U wara jumejn Kumpanija li jien kont qed tissottometti l-ittra ta ’apprezzament tiegħi msejħa, issa jien il-maniġer ta’ Paragon kumpanija hawn fl-Istati Uniti. Nagħtik parir jekk għandek xi problemi jew inkella n-negozju tiegħek falla ibgħat messaġġ lil din l-email: doctorosagide75@gmail.com u int se tingħata l-aħjar riżultat. Ħu l-affarijiet għall mogħtija u se tittieħed mingħandek. Nixtieqlek l-aqwa.

 

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home