L-indikazzjonijiet huma li dawk f'riskju
ta' faqar se jkunu naqsu fis-sena 2015
L-indikazzjonijiet huma li dawk f'riskju ta' faqar se jonqsu
Il-Ministru qal li l-indikazzjonijiet huma li l-ammont ta' nies f'riskju ta' faqar f'pajjiżna matul is-sena 2015 se jonqos meta mqabbel mas-sena 2014. Qal li hu jara li wieħed mill-indikaturi hu l-fatt li żdiedu ż-żwiġijiet bil-Knisja, għax dan huwa sinjal li aktar nies qed jifilħu l-ispiża ta' tieġ bil-Knisja.
Dwar it-tqassim tal-ġid, il-Ministru Scicluna qal li l-figura tal-faqar baqgħet tielgħa sal-2013 iżda fis-sena 2014 ma telgħetx u niżlet bi ftit.
"Għandna indikazzjoni li l-figuri neżlin minħabba l-għotjiet li ngħataw fis-sena 2015 u għal din is-sena. Nistgħu ngħidu li sakemm toħroġ l-istatistika hemm biss indikazzjonijiet. Osservazzjoni personali tiegħi hi li ħarġet statistika mill-Knisja li turi żieda fiż-żwiġijiet. Din tfisser li n-nies qed jaffordjaw jagħmlu t-tiġijiet, għax żwieġ bil-Knisja jiswa l-flus. Anki r-rahan ta' deheb mill-Monte di Pieta naqas minn €200,000 għal €23,000 u żgur li dan hu sinjal pożittiv," qal il-Ministru.
0
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home