'Addozzjoni differenti li dwarha jafu d-dettalji l-koppja u l-aġenzija'
Il-każ ta adozzjoni ta tarbija li fih koppja Maltija ħallset kważi €40,000 iżda xorta baqgħet lampa stampa, qajjem reazzjoni fost għadd ta' koppji. Kienu diversi dawk il-koppji li qegħdin fil-proċess li jadottaw u spjegaw id-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw fosthom dewmien.
Mill-banda l-oħra l-Awtorità Ċentrali tal-Adozzjonijiet, meta kkuntattjata minn inewsmalta.com dwar il-każ żvelat mid-Deputat Laburista Franco Merċieċa, qaltilna li "nistgħu ngħidu li dħalna f'dan l-każ. Dan il-każ issa hu magħluq. Dik kienet tip ta' adozzjoni differenti. Id-dettalji jafuhom il-koppja u l-aġenzija. Il-każ minn naħa tagħna hu magħluq. Nenfasizzaw li dak kien każ ta' adozzjoni differenti".
Id-Deputat Laburista Franco Mercieca, waqt intervent fil-Parlament fid-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' liġi dwar l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien qal li "Naf koppja li għaddejja minn martirju. Dan għax kienu mwegħdin minn aġenzija li se jadottaw tarbija. Ħallsu b'kollox bejn €30,000 u €40,000 u għadhom b'idejhom vojta. Issa l-awtorità responsabbli qatgħetha li din l-aġenzija mhix tilħaq l-istandards", qal Franco Merċieċa.
1 Comments:
Għandek bżonn self? JEKK LE IVA! Kuntatt Hobelman Finance and Mortgages Limited ® Għal ammont ta 'self żgħir u kbir. Noffru self b'rata ta 'imgħax affordabbli ta' 2%. Ikkuntattjana llum permezz ta 'e-mail f'hobelmanfinance@gmail.com u l-ħidma tiegħek magħna se tkun esperjenza tajba. +17816567138 il-kreditu huwa miftuħ għal kulħadd irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu.
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home