Il-bieb li se jgħatti tiċrita fiċ-Ċittadella
x-xogħol fuq il-bieb li se jgħatti t-tiċrita li saret fis-swar taċ-Ċittadella f’nofs is-snin ħamsin miexi b’ħeffa kbira u mistenni li jkun lest fil-ġimgħat li ġejjin. Dan il-bieb mistenni li jagħti dehra ta’ kif kien is-swar taċ-Ċittadella qabel saret il-mina u min tagħrif li waslilna jidher li se jkun jinfetaħ meta jkun hemm il-bżonn, naturalment l-aktar b’konnessjoni ma’ funzjonijiet reliġjuzi fil-Knisja tal-Katidral.Bieb inħadem l-Ingilterra mill-kumpanija UK Loco u hu magħmul minn taħlita ta’ diversi materjal. Il-qafas tiegħu huwa naturalment tal-ħadid, iżda se jinkludi fih il-ġebla Maltija dik tal-franka kif ukoll bronz u ħġieġ. Naturalment dan il-bieb se jkun mekkanizzat u jinfetaħ b’diversi muturi li ser ikunu jħaddmu d-diversi fetħiet tal-bieb. Iżda bħal kull ħaġa oħra dan se jkollu bżonn manutenzjoni regolari.
Il-bieb ser ikun jinfetaħ f’erba partijiet, il-parti t’isfel tinfetaħ fi tlieta, fejn iż-żewġ partijiet tal-ġnub se ikunu għan-nies li jkun jistgħu jgħaddu għal pjazza Kattidral permezz ta’ tmien tarġiet, il-parti tan-nofs se jkun hemm rampa u tkun tista' tinfetaħ biex tidħol vettura jew għal okkażjonijiet u ċerimonji marbuta mal-Knisja tal-Katidral, filwaqt li l-parti ta’ fuq tkun tinfetaħ biss għall-purċissjonijiet li joħorġu mill-Knisja tal-Katidral.
B’hekk dan ix-xogħol ta’ restawr professjonali li sar dan l-aħħar fiċ-Ċittadella ikun jista jitgawda mil-eluf ta’ turisti li izuruha kuljum.
1 Comments:
Għandek bżonn self? JEKK LE IVA! Kuntatt Hobelman Finance and Mortgages Limited ® Għal ammont ta 'self żgħir u kbir. Noffru self b'rata ta 'imgħax affordabbli ta' 2%. Ikkuntattjana llum permezz ta 'e-mail f'hobelmanfinance@gmail.com u l-ħidma tiegħek magħna se tkun esperjenza tajba. +17816567138 il-kreditu huwa miftuħ għal kulħadd irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu.
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home