"Qed ngħixu fil-biża'..." Theżżiża oħra, ħsarat ġodda
"Dalgħodu erġajna b'theżżiża oħra qawwija. Konna għadna lanqas qomna. Kienet theżżiża ta' 4.8 fuq l-Iskala Richter. Milli qed naraw u nisimgħu waqa' għadd ta' bini ieħor. Jidher li l-aċċess għall-belt ta' Amatrice qed isir aktar diffiċli minħabba li l-pont jista' jkun li ġarrab xi ħsarat".Dawn huma l-kummenti li għaddiet familja Maltija li tgħix ftit bogħod minn Amatrice li ntlaqtet b'mod qawwi mit-terremot ta' nhar l-Erbgħa filgħodu.
Il-familja spjegatilna li "l-aħħar darba li kien seħħ terremot qawwi hawn kienu saru għadd kbir ta' theżżiżiet wara. Ftit jiem wara kien sar terremot ieħor qawwi. Dak li qed jiġri llum mhux daqstant ta' sorpriża għalina. Hi sitwazzjoni li ġġibek inċert għall-aħħar. It-theżżiża li kien hemm dalgħodu kienet qawwija u saru xi ħsarat ġodda. Din seħħet xi s-6.30 p.m.
Ritratti: Il-bini li waqa' bit-theżżiżiet ta' dalgħodu. Ir-ritratti ttieħdu mit-tim Malti li mar l-Italja biex jgħin fit-tiftix għal pesuni mirdumin. (SOS K9 USAR MALTA)
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home