Monday, September 26, 2016

"Meta noħorġu aħna mill-UE...tgħid Malta se timxi fuq il-passi tagħna?"
        - Robert Kimbell

Il-konsulent finanzjarju Robert Kimbell, wieħed minn dawk li fix-xhur li għaddew kien wieħed minn dawk li ġġieled qatiegħ biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea, fl-aħħar sigħat ikkummenta dwar pajjiżna. Hu semma' kif pajjiżna hu wieħed mill-inqas li jesporta lejn membri tal-Unjoni Ewropea u staqsa jekk meta toħroġ ir-Renju Unit, Malta hix se ssegwi dan il-pass.

F'dikjarazzjoni li għamel fuq twitter hu qal li 46.4 fi-mija tal-Maltin ivvutaw kontra sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea f'referendum li sar fis-sena 2003. Dakinhar ivvutaw 90.9 fil-mija. Jikkummenta ukoll fuq l-esportazzjoni ta' Malta u qal li din hi fost l-inqas lejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u staqsa jekk Malta hux se ssegwi lir-Renju Unit fit-tluq tagħha mill-Unjoni Ewropea. 

Robert Kimbell hu konsulent fis-settur tas-servizzi finanzjarji.


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home