''Mhux spjunaġġ imma ksib ta' informazzjoni''
L-ajruplan li kkraxxja fl-ajruport ... Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Dr George Vella, meta għalaq id-dibattitu dwar l-estimi tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, tkellem dwar il-kraxx tal-ajruplan Metroliner Mark III u qal li "qed jissemma' ħafna l-ispjunaġġ. Jinteressana min jiiġbor informazzjoni fuq kuntrabandu ta' armi u traffikar. Dan mhux spjunaġġ imma ksib ta' informazzjoni". Hu qal li minn din il-ksib ta' informazzjoni jgawdi wkoll pajjiżna. Tkellem dwar il-politika komuni ta' difiża fl-Unjoni Ewropea u qal li l-Gvern Malti qed jagħmilha ċara li għandu restrizzjonijiet kostituzzjonali, restrizzjonijiet fl-armata u Malta mhix membru tan-NATO.
Hu qal ukoll li "meta nkunu fil-Presidenza tal-Unjoni Ewropa t-tmun mhux se jkun f'idejna biex nieħdu l-Unjoni Ewropea fejn irridu aħna. Se nipprovaw li naraw li nħaffu kemm nistgħu d-diskussjonijiet u se nipprovaw nagħtu bixra Mediterranja għall-politika Ewropea. Hemm tliet oqmsa importanti li rridu nagħtuhom importanza u dawn huma l-immigrazzjoni, il-Mediterran u l-aspett marittimu. ''Irridu naraw li r-relazzjoni tal-Unjoni Ewropea mal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq tissaħħaħ''.
Tenna li "fis-Sirja qed naraw diżastru uman. Tfal b'ħarsa mitlufa ma jafux x'qed jiġri u l-għada jkunu mtajrin b'xi bomba. Irridu naraw kif se niġu milqutin mill-politika komuni ta' difiża u sigurtà. ''Aħna ovvjament irridu nagħtu l-kontribut u nagħmlu l-parti tagħna. Jekk waħda mit-theddid il-kbar hi l-immigrazzjoni, trid tgħin l-iżvilupp fl-Afrika. Madwarna hawn il-gwerra fis-Sirja, il-problemi fl-Iraq u l-problema tal-Libja. Il-prospetti fil-Libja ma tantx huma sbieħ. Nispera li ma jiċċarċarx aktar demm, ħalli ma jkomplux jikbru l-problemi." Ritratt: ANDREA SACCO BALDACCHINO
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home