Diversi migranti mejtin wara li l-Libjani attakkaw salvataġġ
Organizazzjoni li qed tagħmel salvataġġi fil-Mediterran u li għandha bażi f'Malta, Sea Watch, spiċċat attakkata minn dik li ġiet deskritta bħala dgħajsa tal-Gwardji tal-Kosta Libjani. L-inċident seħħ waqt li kien qed isir salvataġġ fejn allegatament il-Libja attakkaw id-dinghi. L-organizzazzjoni Sea Watch qalet li kollox seħħ madwar 14-il kilometru bogħod mill-kosta tal-Libja. Membri ta' din l-organizazzjoni kienu qed isalvaw dinghy b'madwar 150 immigrant fuqu. F'dak il-mument waslet dgħajsa allegatament tal-Gwardji tal-Kosta Libjani u dawn attakkaw lill-immigranti li kien hemm abord.
Dawn bdew isawwtuhom. L-ekwipaġġ ta' Sea Watch ukoll kienu aggrediti u bdew jiġu miżmumin milli jipprovdu ġgieget tas-salvataġġ u għajnuna medika lill-immigranti abbord. Quddiem l-allegata vjolenza mil-Libjani, inħoloq paniku fuq id-dinghi u ħafna mill-immigranti spiċċaw fil-baħar. Il-membri ta' Sea Watch bdew jippruvaw isalvaw immigranti kemm jistgħu. Erba' immigranti spiċċaw mietu.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home