Rabja għal allegat abbuż mill-eżenzjoni tas-CVA fil-Belt
Jidher li fost il-Beltin hemm rabja minħabba li qed iqumu mistoqsijiet dwar kif ċerti vetturi qed jispiċċaw jingħataw permessi biex jipparkjaw fuq is-sinjali l-ħodor fil-Belt Valletta u li dawn ikunu eżentati mis-sistema tas-CVA. Il-Kunsillier Laburista fil-Belt Valletta, Ray Azzopardi, ftit ilu għamel pubbliċi għadd ta' mistoqsijiet waqt li xandar ritratt ta' karozza u staqsa kif din inħarġilha l-permess li tipparkja l-Belt meta l-indirizz u log book tagħha huma fuq Ħaż-Żebbuġ.
- Ray Azzopardi fuq is-sit soċjali tiegħu kiteb li "biex ikollok
permess li tkun tista' tipparkja fuq is-sinjali l-ħodor u tkun eżentat
mis-sistema tas-CVA irid ikollok karta tal-identita fuq indirizz
fil-Belt, log book tal-karozza fuq indirizz il-Belt u li l-karozza tkun
tal-inqas raqdet għal 16-il lejl fix-xahar għal tliet xhur sħaħ".
Waqt li xandar ritratt ta' karozza partikolari allega li l-karta tal-identità tas-sid hu fuq Ħaż-Żebbuġ, il-log book hu fuq indirizz f'Ħaż-Żebbuġ u li fil-Belt raqdet inqas minn tliet ġimgħat fi tliet xhur sħaħ. Hu allega wkoll li l-karozza fiha taparsi CCTV camera u qal li din qed tiffoka fuq residenza jew stabbiliment partikolari. Hu staqsa min ħareġ dan il-permess.
2 Comments:
Kurżità... dan il-kunsillier mnejn ġab din l-informazzjoni dwar il-log book? Mela dik informazzjoni pubblika?
Trasparenza please..... Ejja nhallu l- politika barra jekk jghogobkom....
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home