Malta l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li se jipprojbixxi t-terapiji tal-konverżjoni ... l-Oppożizzjoni se tivvota favur
L-Oppożizzjoni se tivvota favur l-abbozz ta' liġi dwar l-affermazzjoni tal-orjetantazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru, liema abbozz beda jiġi diskuss illum. F'intervent li sar mill-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne hu saħaq li għal darba oħra Malta se tkun l-ewwel fl-Ewropa li tipprojbixxi t-terapiji ta' konverżjoni għal persuni li mhumiex eterosesswali.
Id-Deputat Laburista Deo Debattista qal li l-persuni li jagħmlu t-terapiji ta' konverżjoni ukoll għandhom bżonn l-għajnuna biex huma jkunu tolleranti.
Minn naħa tiegħu d-Deputat Nazzjonalista Karl Gouder waqt li faħħar dan l-abbozz u enfasizza it-tbatija li jgħaddu minnha dawk li jagħmlu dawn it-terapiji qal li issa meta jidħol dan l-abbozz dawn it-tip ta' terapiji se jibdew isiru bil-moħbi.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home