Friday, October 14, 2016

Esebizzjoni minn artist Malti spiċċat b'parti minnha mqatta' fil-bini tal-Kunsill tal-Ewropa

Esebizzjoni intitolata 'Exiles: The Road not taken' liema esebizzjoni hi xogħol l-artist Malti Norbert Francis Attard, spiċċat f'kontroversja fil-bini tal-Kunsill tal-Ewropa fi Stasbourg. L-esebizzjoni kellha t-tema tad-drittijiet umani  u kienet qed issir biex tfakkar il-50 sena minn meta Malta ffirmat il-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet Umani.

L-esebizzjoni tikkonsisti f'collage ta' 1,000 ritratt u fihom kien hemm wieħed marbut ma' karikatura li kienet inħarġet fid-Danimarka dwar il-Profeta Mohammed.  Attard, konxju ta' dak li kien inqala' dak inhar li nħarġet il-karikatura, għatta l-wiċċ u daħħal il-kelma 'ċċensurat'.

Ġara li kien hemm minn dejqu dan il-fatt u qatta' din il-parti tal-esebizzjoni fejn kien hemm il-karikatura. Qed ikun rappurtat li kien membru Parlamentari Tork li allegatament wettaq dan l-att.

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fi stqarrija li ħareġ qal li ġie infurmat b'dan l-inċident. Intqal li s-Segretarjat Ġenerali tal-Assemblea Parlamentari iltaqa' mar-rappreżentanza permanenti Maltija fil-Kunsill tal-Ewropa  u dawn għamlu apoloġija kemm mal-artist kif ukoll ma' Malta.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home