Thursday, October 13, 2016

''Tħossok komdu bit-tanker Ministru?'' ... ''bi proċeduri mhux korretti ninterferixxi''


Fi stqarrija Ministerjali li saret fil-Parlament mill-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera dwar it-trattat għall-bidla fil-klima f'Pariġi li Malta hi waħda minn tal-ewwel li rratifikatu, qam battibekk bejn id-Deputata Nazzjonalista Marthese Portelli u l-istess Ministru.
Marthese Portelli għal darba darbtejn staqsiet lill-Ministru jekk iħossux komdu li t-tanker tal-gass daħal fil-bajja ta' Marsaxlokk u dan għad m'għandux l-IPPCC Permit.


Minn naħa tiegħu l-Ministru Herrera waqt li għamilha ċara li għandu fiduċja fil-membri tal-Awtorità għar-Riżorsiu (ERA), qal li jekk din ma timxix mal-proċeduri stabbiliti mil-liġi hu jinterferixxi.
Iddikjara li dan it-tanker mhux qiegħed b'mod perpetwu. Hu ddikjara li "ma jfissirx li la daħal daħal". Dwar it-tanker tal-gass, il-Ministru Herrera qal li "t-tanker mhux se jkun hemm b'mod perpetwu. Idealment la jkollna miżbla, la jkollna tanker u lanqas impjant tal-enerġija. Idealmejnt ikollna kullimkien kampanja. Għalhekk nitkellmu fuq żvilupp sostenibbli. L-awtoritajiet qed jimxu mad-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropea u qabel l-IPPCC Permit irid ikun hemm il-proċess ta' konsultazzjoni. Ma tistax tgħid li għax daħal daħal. L-ERA hi awtorità regolatorja u hi mmexxija mill-Professur Victor Axiaq. Niddikjara pubblikament li għandi fiduċja sħiħa fil-membri tal-awtoritajiet. Jekk il-proċedura li se tmexxi l-ERA ma tkunx skont il-liġi jien ninterferixxi."



0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home