LSA b'każ ta' drogi ... ma tħalliex jaħdem fi skola u ntbagħat fl-uffiċċju tal-Prinċipal
Il-Learning Support Assistant (LSA) li kien instab ħati fuq każ ta' drogi ma tħalliex jaħdem iżjed fi skola. Dan biex ma jkunx espost ma' tfal u minflok intbagħat jaħdem fuq xogħol klerikali fl-uffiċċju tal-Prinċipal ta' Kulleġġ. Fi tweġiba Parlamentari għal domanda tad-Deputat Nazzjonalista George Pullicino, il-Ministru Evarist Bartolo qal li "ninsab infurmat li l-każ ta' dan l-LSA beda fl-10 ta' Marzu u ntemm fis-27 ta' April tas-sena li għaddiet, fejn dakinhar hu kien instab ħati. Matul iż-żmien tal-kawża, l-impjegat kien sospiż fuq nofs paga u wara li ħareġ is-sentenza tal-Qorti, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, ordna li l-impjegat jerġa' jidħol lura għax-xogħol u jingħata l-penali. Dawn kienu jinkludu twissija ta' tkeċċija valida għal sena, jitlef is-salarju li nżamm matul il-perjodu ta' sospensjoni tiegħu u isir rapport kull sitt xhur mis-superju tiegħu dwar il-progress fuq ix-xogħol".
Il-Ministru Bartolo qal li "din il-persuna ma tħallietx taħdem iżjed fi skola biex ma jkunx espost ma' tfal u għalhekk intbagħat jaħdem fuq xogħol klerikali fl-uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ. Infurmat li fid-9 ta' Jannar, 2010, dan l-impjegat kien ħa l-indefinite status meta kien ġie appuntat uffiċjal fuq skala 15 u meta daħal lura għax-xogħol fil-15 ta' Lulju tas-sena 2015, hu żamm l-istess skala." Il-Ministru qal li "infurmat ukoll li ma intbagħatx għal kors fuq diversity, iżda ntbagħat għal jumejn il-Ġermanja bħala parti minn delegazzjoni tal-Kulleġġ biex jieħdu sehem fit-Transnational Meeting. Kienet fuq id-direttiva tal-Prinċipal tal-Kulleġġ li din il-persuna attendiet għal din il-laqgħa".
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home