Sejbiet arkeoloġiċi fil-Kulleġġ fir-Rabat ... kollox jindika li huma oqbra Puniċi
Xogħlijiet li kienu qed isiru fil-Kulleġġ Missjunarju ta' San Pawl fir-Rabat, wasslu biex instabu għadd ta' fdalijiet arkeoloġiċi. Kollox jindika li nstabu għadd ta' oqbra puniċi ġodda. Is-sit qed ikun mistħarreġ mis-Sovrantendenza għall-Patrimonju Kulturali. Għalkemm dawn is-sejbiet jidher li huma sejbiet importanti u aktarx li se jkunu konservati, ma jidhirx li kienet daqstant sorpriża li nstabu. Filfatt ftit passi biss bogħod minn din is-sejba hemm il-katakombi ta' Sant Agata u l-Katakombi ta' San Pawl.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home