"Ma jistax ikun li Clifford skidja fuq diżil li kien ilu hemm jumejn"
- pumpier b'esperjenza
Wara l-mewt traġika ta' Clifford Falzon, li miet b'inċident bil-mutur kmieni nhar il-Ħadd li għadda, wasslet biex kien hemm min għamel allegazzjonijiet li fit-triq kien hemm diżil li kien hemm ilu sa minn jumejn qabel. Saru allegazzjonijiet li l-ġimgħa ġew infurmati l-Puliżija u dawn talbuhom jinfurmaw lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili b'min għamel l-allegazzjoni jgħid li jekk id-diżil ma tneħħiex il-mewt ta' dan il-persuna hi allegatament kawża ta' dan in-nuqqas. Inewsmalta għamel kuntatt mad-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili, fejn pumpier b'esperjenza qalilna li "mill-esperjenza tiegħi id-diżil ma jagħmilx aktar minn tlett sigħat fuq it-tarmak. Żgur li ma jistax ikun d-diżil li kien hemm il-Ġimgħa, ikun għadu hemm sal-Ħadd. Seta' kien hemm diżil ieħor imma żgur mhux dak tal-Ġimgħa. Aħna dejjem naġixxu fuq ir-rapporti li jkollna", qalilna l-istess pumpier.
L-allegazzjoni li saret fuq sit iddedikat għal dawk dilettanti tal-muturi intqal li "jien irrappurtajt id-diżil fuq it-triq nhar il-Ġimgħa li għaddiet għall-ħabta ta' 3.30 ta' wara nofsinhar. Ċempilt il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u minn hemm iddiriġewni għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u qaluli nċemplilhom għax dik it-telefonata tista' twassal biex issalva l-ħajja ta' xi ħadd. Ċempilt id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u qaluli li dak jista' jkun ilma u għedtilhom li tinxtamm ir-riħ. Għedtilhom ukoll li xi ħadd fuq mutur jista' jmut."
Tgħid li jekk ma tteħditx azzjoni wara li sar ir-rapport, il-mewt ta' dan ir-raġel hi f'idejhom. Hi ma naqsitx li tikteb kummenti oħra iebsin. Emanuel Psaila Deputat Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, meta kuntattjat minn Inewsmalta qalilna li "nista' ngħid li sibna lil min kiteb dawk il-kummenti u infurmajniha li mhux talli ma' ħadniex azzjoni fuq ir-rapport, talli morna fuq il-post u anke tħejja rapport". Hu spjegalna mill-esperjenza tiegħu bħala pumpier li "żgur li diżil mill-Ġimgħa sal-Ħadd ikun nixef u daħal fit-tarmak. Żgur li l-aċċident ma seħħx minħabba l-allegat diżil li kien hemm nhar il-Ġimgħa. Fil-klima ta' Malta d-diżil wara sagħtejn jitlaq".
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home