Sunday, October 9, 2016

Adrian Grima: Kien bniedem ġentlom ... ma nafx x'naqbad ngħid quddiem telfa bħal din

''Kien bniedem ġentlom. Ma x'nafx x'naqbad ngħid quddiem telfa bħal din". Hekk iddikjara Adrian Grima, ħabib ta' Clifford Falzon ta' 36 sena minn Ħal Balzan li dalgħodu miet traġikament fil-bypass tal-Mellieħa.Clifford, missier ta' tilef u li hu minn Ħal Balzan, għal raġuni li għadha mhix magħrufa tilef il-kontroll tal-mutur u ħabat ma' barrier li hemm fis-central strip. Adrian Grima, ftit ħin wara li saret magħrufa l-mewt ta' Clifford Falzon kiteb li "Il-Ħamis li għadda, bħal kull nhar ta' Ħamis, lgħabna l-futbol flimkien. Lagħab tajjeb Cliff, bħal dejjem. Tbissem, stinka, dawwar il-ballun minn naħa għal oħra qisu mhux hu ... aktarx ipprova xi rovexxata. Bħal dejjem ħadt gost ħafna nilgħab miegħu. Avolja kontra xulxin. Għax plejer li tieħu gost tarah bil-ballun, jilgħab bil-moħħ u bil-qalb, u ġentlom. Bniedem li jieħu gost ikun ma' ħaddieħor."
Adrian Grima jgħid li "dejjem ġab il-ferħ meta kien magħna. It-tbissima. Kien jieħu gost jaqbad ftit man-nies. U n-nies kienu jieħdu gost jaqbdu ftit miegħu. Kultant wara l-logħba kien iħobb jitkellem fuq l-għeżież tiegħu, bi mħabba kbira. Taf li għalih kien hemm affarijiet li jiġu qabel kollox. Mhux dejjem kelli x-xorti nilgħab fl-istess tim miegħu. Meta konna nkunu flimkien kien ikun pjaċir doppju għalija. Ma nafx x'naqbad ngħid quddiem telfa enormi bħal din. Hemm nies li tiltaqa' magħhom u jibqgħu miegħek għal dejjem. Imma mhux biżżejjed."

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home