Friday, October 7, 2016

Il-Libja mhix se tieħu immigranti lura ... u lanqas trid li jitwaqqfu ċentri ta' ażil

F'konferenza ta' jumejn tal-Organizazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), liema konferenza hi dwar il-Mediterran kien hemm dikjarazzjoni qawwija mill-Ministru għall-Affarijiet Baranin Libjan, Mohammed Taher Siyala.
Skont dak rappurtat minn ġurnali Awstrijaċi, dan iddikjara li l-Libja mhix se taċċetta li tieħu immigranti lura wara li dawn ikunu ġew salvati fil-Mediterran.
Hu ddikjara li l-uniku raġuni li hi aċċettabbli biex jittieħu lura mil-Libja hi dik jekk huma jkollhom visa Libjana. Siyala ikkritika l-ħsieb li esprimew diversi uffiċjali Ewropej fosthom dak li jkun hemm ċentri ta' ażil f'diversi partijiet fil-Libja. Hu rrimarka li minħabba vjolenza bejn diversi gruppi fil-Libja, din il-proposta mhix realistika. Hu kkonferma li bħalissa hu stmat li fil-Libja hemm 235,000 immigrant li huma lesti li jaqsmu lejn l-Ewropa.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home