Friday, October 7, 2016


Lestu għal żieda fir-ramel fl-arja

Fis-sigħat li ġejjin pajjiżna se jintlaqat minn żieda sostanzjali ta' ramel fl-arja, xi ħaġa li nesperjenzawha b'mod partikolari meta jkun ir-riħ isfel. Minn dak imħabbar fis-sit SKIRON, sit li hu mmexxi mill-Università ta' Ateni qed juri biċ-ċar li llum u nhar it-Tnejn li ġejjin pajjiżna se jintlaqat sew minn żieda ta' ramel fl-arja. Minn mapep ippubblikati fis-sit, Malta u anke partijiet minn Sqallija jidhru mgħottijin b'ramel li joriġina mid-deżert tas-Sahara.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home