Il-President se tlaqqa' Musulmani u l-Kunsillieri ta' San Pawl il-Baħar f'San Anton
Wara li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, b'mod unanimu, qabel li joġġezzjona li post f'Buġibba jinbidel f'moskea biex fiha jsir talb minn Musulmani, inewsmalta.com hi informata li l-President tar-Repubblika, Marie-Louise Coleiro Preca bagħtet għall-membri tal-Kunsill tal-Musulmani f'Malta u għall-Kunsillieri kollha ta' San Pawl il-Baħar. Hi se tlaqqagħhom f'laqgħa li se ssir għada t-Tlieta, 4 ta' Ottubru wara nofsinhar. Il-laqgħa se ssir fil-Palazz ta' San Anton. Kollox qed jindika li l-għan hu li jinstab kompromess.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home