F'erba' snin €2.60 aktar fil-but fuq 10 litri petrol
Meta se tmorru fil-pompa tal-fjuwil biex timlew it-tank tal-karozza se ssibu li l-petrol u d-diżil roħsu fil-prezz. Roħs ta' 1ċ għal petrol u ta' 2ċ għad-diżil. Kien hemm min beda jargumenta li dan hu roħs minimu għall-aħħar. Tajjeb li wieħed iżomm f'moħħu fejn konna erba' snin ilu, eżattament f'Ottubru tas-sena 2012. Dakinhar il-prezz tad-diżil kien ta' €1.37 kull litru waqt li tal-petrol kien ta' €1.53 kull litru. Dan ifisser li meta mqabbel ma' erba' snin ilu, meta llum xtrajt litru petrol tkun qed tiffranka xejn inqas minn €0.26, jew €2.60 fuq kull 10 litri petrol li tixtri. Jekk tieħu l-kalkolu konservattiv ta' 10 litri petrol fil-ġimgħa, f'temp ta' 12-il ġimgħa, għax dan ir-roħs hu marbut sa Diċembru li ġej, ifisser li kull sewwieq se jkun qed jibqagħlu fil-but €31. Jekk wieħed jieħu id-diżil naraw li f'Ottubru tas-sena 2012 dan kien €1.37 kull litru u issa dan se jkun qed jinbiegħ €1.14 kull litru. Roħs ta' €0.23 kull litru, jew €2.30 fuq kull 10 litri. Sa Diċembru dan se jkun qed ifisser li s-sewwieqa ta' karozzi diżil se jibqagħlhom fil-but €27.6. Ir-roħs li tħabbar lbieraħ ikompli max-xejra tal-aħħar xhur, fejn b'mod kontinwu il-prezzijiet tal-petrol u tad-diżil inżammew stabbli, tant li x-xejra kienet dik li roħs kontinwu. Qabel is-sena 2013, ix-xejra kienet dik li l-prezzijiet kienu qed jogħlew kontinwament. Ilbieraħ il-kumpanija Enemed ħabbret roħs fil-prezzijiet ta' bosta fjuwils. Il-prezzijiet tad-diżil u l-pitrolju raħsu b’2ċ kull wieħed, filwaqt li l-prezz tal-petrol unleaded u l-fjuwil E-power raħsu b’1ċ. Il-prezz tal-gasoil baqa’ l-istess. Il-prezz tad-diżil se jkun €1.14, il-petrol unleaded €1.27, l-E-power €1.42, il-pitrolju €1.42, u l-gasoil €1.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home