Dgħajsa sorġuta ma' bank li jpoġġu fuqu n-nies ... is-Sindku jitfagħha lura fuq il-moll
Kull min dalgħodu kien qed jimxi max-xatt ta' Wied il-Għajn ma setax ma jinnotax dgħajsa li flok kienet fil-baħar kienet fuq bank li fuqu jpoġġu n-nies. Kien hemm min argumenta li dik tellagħha l-baħar u oħrajn argumentaw li mhux sew li din kienet fuq bank li jintuża mill-pubblika. Biss id-dgħajsa ma tantx damet hemm. Dan hekk kif is-Sindku ta' Wied il-Għajn kien għaddej minn hemm u qabad id-dgħajsa neħħiha minn mal-bank u poġġiha lura fuq il-moll. Ma naqasx li jikkummenta dwar dan u qal li "x''jibqa' fik tinnota dgħajsa marbuta mal-moll u sorġuta ma' bank li suppost jintuża minn nies. Ninforma lill-sidha li kont jiena li ħallejtha u tfajtha fuq il-moll. Tal-mistħija."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home