Saturday, October 1, 2016

"Irridu li Muna tiġi reġistrata f'pajjiżna minn ommha"

Hekk kif issa intemmet il-battalja li Chama Hatra kienet qed tagħmel biex bintha Muna jinħarġilha ċertifikat tat-twelid minn Malta u dan billi fl-appell li sar quddiem il-Qorti ġie deċiż li ċ-ċertifikat irid jinħareġ, Mons Philip Calleja f'kummenti lil inewsmalta qalilna li "issa nipprovaw inġibuhom hawn. Tkun ħaġa sabiħa ħafna li tkun ommha stess li tirreġistraha hawn".
Mistoqsi dwar ir-reazzjoni tiegħu għas-sentenza tal-appell, Mons. Calleja qalilna li "għall-grazzja t'Alla l-każ issa mitmum.  Sentenza bellezza. Avżajna lill-Ambaxxata Franċiża f'dan l-iżvilupp".

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home