Qamar iswed
L-aħħar jum ta' Settembru se jġib miegħu fenomenu mhux daqstant komuni u dan hu l-Qamar Iswed. L-aħħar darba li seħħ dan il-fenomenu kien f'Marzu tas-sena 2014. It-terminu Qamar Iswed għandu diversi tifsiriet. L-aktar waħda komuni hi dik li dan ikun it-tieni qamar ġdid f'xahar. Peress li hu qamar ġdid dan mhux se jkun viżibbli u dan minħabba li l-parti illuminata tal-Qamar se tkun qed tħares lejn id-dinja iżda lejn in-naħa l-oħra. Dan il-fenomenu se jkun jista' jitgawda fl-Istati Uniti u fil-Punent tal-Ewropa. U quddiem avvenimenti bħal dawn ma jonqsux it-teoriji. Hemm min jargumenta li dawn huma avvenimenti li jistgħu jwasslu għal traġedji kbar jew saħansitra l-apokalissi.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home