"Xejjirli u reġa' għodos u eżatt wara dinghi għadda minn fuqu"
"Kien biss ftit metri bogħod mill-art. Żewġi għolla rasu mill-ilma u xejjirli. Ftit wara reġa' għodos. Eżatt wara jgħaddi dinghy minn fuqu". Dan irrakkontatu quddiem l-inkjesta li għaddejja fir-Renju Unit b'rabta mat-traġedja ta' żewġha Allan Stanley. Hu kien miet traġikament f'Ħondoq ir-Rummien f'Ġunju li għadda bi ġrieħi f'rasu wara li għadda dinghy minn fuqu. Allan Stanley, li kellu 76 sena, kien midħla sew ta' Għawdex u kien jiġi spiss flimkien ma' martu biex jogħdos. Allan kien jgħix qrib Pwllheli u kellu ħanut bl-isem 'Period Pine Shop'. Quddiem l-inkjesta li għaddejja dwar dan il-każ, in-neputija tiegħu Hannah iddeskrivietu bħala 'persuna dejjem bi tbissima'.
Martu Diane irrakkontat kif nhar id-19 ta' Ġunju filgħodu kienu marru f'Ħondoq ir-Rummien fejn Allan kien niżel jogħdos. F'ħin minnhom meta kien ftit metri biss bogħod mill-art hu xejrilha u reġa' niżel. Eżatt wara għadda dinghy minn fuqu. Hi ddikjarat li "kollox seħħ f'temp ta' ftit sekondi". Tenniet li dak li kien qed isuq id-dinghy waqqfu u flimkien ma' ħuħ niżlu jagħtu l-ewwel għajnuna lil Allan. Martu enfasizzat li "ma naħsibx li dak li kien qed isuq id-dinghy ra lil Allan quddiemu fil-baħar. Dan għax x'ħin għadda id-dinghy, Allan kien diġa niżel taħt l-ilma.Il-ħaġa ġrat malajr wisq".
Il-persuna li qed imexxi din l-inkesta li għandha tikkonferma l-mewt ta' dan l-Ingliż, Dewi Pritchard innota li l-awtoritajiet Maltin ma kkoperawx mat-talbiet tiegħu għal aktar informazzjoni. L-unika dettalji li għandu huma rapport ta' xhieda li rat l-inċident u r-rapport tal-awtopsja. Minn awtopsja li saret fir-Renju Unit minn Dr. Mark Lord ġie stabbilit li ftit li xejn kien daħal ilma fil-pulmun. Hu qal li l-mewt ġiet kaġunata minħabba feriti severi f'rasu mill-iskrun tal-mutur tad-dinghi. Dewi Pritchard iddikjara li "ma nafux jekk is-sewwieq tad-dinghy rax jekk hemmx nies quddiemu fil-baħar. Li nafu fi żgur hu li d-dinghy għadda minn fuqu. M'hemm ebda evidenza li Allan għereq imma li sofra ġrieħi f'rasu minn dan id-dinghy".
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home