Thursday, September 29, 2016

Il-kunsill ta' San Pawl il-Baħar unanimu kontra moskea

Il-kwistjoni ta' proposta quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar biex binja f'Buġibba issir post ta' talb għall-musulmani kienet diskussa mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u dan minkejja li ma kinitx imniżżla fuq l-aġenda. Il-Kunsill b'mod unanimu wara d-diskussjoni li kien hemm qabel li jopponi li dan il-post klassi 4 jinbidel għal post ta' talb. Is-suġġett tela' bħala korrispondenza wara li kien il-Kunsillier Laburista Ray Tabone li ġibed l-attenzjoni.
Il-Kunsillier Laburista Alfred Grima talab li jkun suġġett fuq l-aġenda imma tħalla bħala korrispondenza. Jidher li fil-laqgħa saru ilmenti li suġġett bħal dan la kien hemm talba missu tniżżel fuq l-aġenda.
Tqajmu diversi problemi li jista' jikkaġuna bħal li l-post żgħir, problema ta parkeġġ, żvalutar tal-prezz ta' proprjetá fuqu u fil-madwar, storbju, u li l-użu tiegħu isir f'diversi ħinijiet anke fl-4.00 ta' filgħodu u tard bil-lejl. Ġie deċiż li għandhom jikkunsidraw li talba bħal din issir f'sit akbar u li ma jkunx ta' nkonvenjent għar-residenti. Għal xi ħin twaqqfet il- laqgħa biex saru ilmenti ta' residenti. Membru tal-Malta Muslim Council tkellem favur l-applikazzjoni fejn hu ammetta li operaw bla permess u waqfu xi tlett ġimgħat ilu.
Qal li kienu ilhom mal-15-il sena jippruvaw isibu post u dejjem kien hemm reżistenza.
Qal li talbu lill-MEPA tindikalhom xi tip ta politika kif irid ikun post ta' talb iżda qal li din ma teżistiex. Hu qal li bħalhom hemm mal-20 għaqda differenti li qed ifittxu postijiet simili f'Malta. Residenti anke barranin lmentaw dwar il-valur turistiku li jintilef għax Buġibbahi sit turistiku u residenzjali. Staqsew x'benefiċċji hemm għat-turiżmu? Ilmentaw li jitolbu barra u jimblukkaw it-triq u li sfidaw il- liġi kemm il darba għax komplew bl-attivita ta' talb kull darba li twaqqfu!.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home