Mill-Finlandja għal Għawdex u l-Afrika ...
... il-vjaġġ ta' Arpa
F'nofs Lulju li għadda twaħħlilha transmitter u kienet fil-Finlandja. Ftit jiem ilu biss eżattament fit-18 ta' Settembru kienet fuq Għawdex u issa tinsab fl-Afrika. Dan hu l-vjaġġ ta' Arpa, li ġie rreġistrat bis-saħħa tat-transmitter. Dan tħabbar mill-ornitoloġista Natalino Fenech ftit ħin ilu. Hu qal li "Arpa mill-Finlandja, li ilha bit-transmitter minn nofs Lulju li għadda f’temp ta' kwarta kienet qasmet Għawdex. Bħalissa tinsab l-Afrika. Fi żminijiet oħra kieku qiegħda f’xi freezer. Ejja naħdmu ħalli naraw aktar bħal din. Min hu interessat jara dwar il-moviment ta dawn l-arpi jista' jidhol f'dan is-sit minn Finland: http://www.luomus.fi/en/satellite-osprey-families-2014
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home