L-applikazzjoni għal talb minn Musulmani f'Buġibba ...
....il-Kunsill ma jpoġġihiex fuq l-aġenda
Il-kwistjoni dwar l-applikazzjoni għal talb minn musulmani f'Buġibba, li ftit jiem ilu saret talba biex tkun inkluża fl-aġenda tal-Kunsill għal laqgħa li se ssir għada l-Erbgħa, għal raġunijiet li għadhom mhux magħrufin ma tpoġġietx fl-aġenda. inewsmalta.com għandu kopja tal-aġenda tal-Kunsill fejn jidher biċ-ċar li fiha mhix imniżżla din l-applikazzjoni biex tkun diskussa. Kien il-Kunsillier Laburista Alfred Grima li talab li l-kwistjoni titpoġġa fuq l-aġenda. L-eks-Sindku Laburista Ray Tabone kien bagħat korrispondenza lill-Kunsill fuq din l-applikazzjoni.
It-tama issa hi li l-Kunsill jiddiskuti din il-kwistjoni meta tinqara' l-korrispondenza. inewsmalta.com hi infurmata li l-Kunsill Lokali waslulu rapporti li f'dan l-istess post f'Buġibba kien qed isir it-talb, fejn jidher li anki kienu infurmati l-Pulizija. Kienet inewsmalta.com li rrapportat li f'Buġibba hemm post li jinsab taħt il-livell tat-triq li fih kien qed isir talb mill-Musulmani u li kienet intefgħet applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar biex dan il-post jingħata permess li fih ikun jista' jsir it-talb.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home