Għaddew tmien snin ... it-tifla li twieldet fuq il-baħar tibqa' mhux irreġistrata
Kien xejn inqas minn tmien snin ilu meta Chama Hatri u Abdi Ali Sahra, żewġ nisa mis-Somalja - it-tnejn tqal, flimkien ma' 66 immigranti oħrajn ħallew il-Libja fuq dgħajsa lejn l-Ewropa. L-għada Chama welldet lil tifla li semmietha Muna. Inqabdu f'maltempata u ttellgħu fuq bastiment Russu bl-isem ta' Yelena Shaltrova. Kienu ddaħħlu Malta u Chama u bintha ngħataw kenn fiċ-ċentru miftuħ. Minkejja li għadda dan iż-żmien kollu, it-twelid ta' Muna baqa' ma ġiex irreġistrat minkejja diversi tentattivi min-naħa tal-Kummissjoni Emigranti mar-Reġistru Pubbliku.
Jidher li l-problema li nqalgħet hi dik li l-bastiment li fuqu twieldet Muna spiċċa għereq u ma setax ikollu l-gżira ta' Malta bħala l-ewwel port ta' żbark. Il-Kummissjoni Emigranti qalet li fil-pubblikazzjoni tal-emenda ta' Artiklu 285A tal-Kodiċi Ċivili kienet ġiet trattata mill-Uffiċċju ta' Ombudsman maż-żewġ ministeri kkonċernati u kien hemm qbil li l-artiklu jiġi rivedut. L-emenda fil-liġi llimitat ruħha għal tarbija mwielda fuq il-baħar u mdaħħla Malta fuq id-dgħajsa li fuqha twieldet.
Ma tikkonsidrax il-fatt li d-dgħajsa li fuqha kienu l-immigranti għerqet u li t-tarbija, flimkien ma' ommha u l-immigranti l-oħra twasslu Malta fuq vapur li salvahom u fuq ordni tal-AFM daħal Malta ggwidat minnhom. Tgħid li d-Direttur Marta Santo Pais, issejjaħ dan in-nuqqas ta' reġistrazzjoni ta' twelid bħala faqar. Intqal li r-reġistrazzjoni tat-twelid tat-tarbija li titwieled tant hu importanti li jitqies bħala dritt uman li wħud isejħulu ''juys soli'' - dritt daqs dak li tpoġġi saqajk fuq l-art u ''jus sanguinis'' - dritt li qiegħed fid-demm tal-bniedem.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home