Tuesday, September 27, 2016

Twaħħlet tliet ġimgħat ilu ... faqgħawha b'daqqa ta' ġebla

Sforz mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq biex joffri aktar sigurtà f'kantuniera partikolari sfuma fix-xejn tlett ġimgħat biss wara li sar.
Dan hekk kif mera li twaħħlet biex tgħin lis-sewwieqa u tnaqqas il-periklu, tkissret b'att vandalu.
Kollox jidher li sar matul il-lejl wara li ntefgħet ġebla fid-direzzjoni tal-mera. Is-Sindku taż-Żurrieq Natius Farrugia ma naqasx li jikkummenta u jesprimi id-diżappunt tiegħu. Sostna li "nħossni diżappuntat immens b'dan l-aġir. Każ irresponsabbli li ma jagħmilx ġid".

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home