Saturday, October 1, 2016

Tisħon il-qiegħa dwar il-moskea f'Buġibba

Il-kwistjoni dwar talb minn għadd ta' Musulmani f'binja fi Triq il-Mazzola f'Buġibba, kompliet tikber illum wara nofsinhar. Dan għax wara li fi tmiem il-laqgħa tal-Kunsill Lokali membru tal-Kunsill tal-Musulmani f'Malta kien qal li dawn is-sessjonijiet issa se jieqfu, lllum wara nofsinhar kien hemm it-talb. Jidher li kien hemm għadd ta' residenti li għamlu kuntatt mal-Għassa tal-Pulizija, bir-residenti jallegaw li ġew infurmati li l-Pulizija ma jistgħu jagħmlu xejn.
Kif sar magħruf dan, l-eks Sindku Laburista ta' San Pawl il-Baħar Raymond Tabone, kiteb lis-Sindku Graziella Galea biex isir rapport lill-Pulizija biex jitwaqqaf it-talb.
L-ittra li hu kiteb tgħid li "qed nirrapporta li bħalissa qed isir talb fil-binja fejn fi Triq il-Mazzola saret applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar biex isir it-talb." Raymond Tabone qal li dan qed isir wara li l-Kunsill Lokali u l-awtoritajiet waqt is-sospensjoni tal-laqgħa tal-kunsill li għaddiet ġew imwegħdin mir-rappreżentanti tal-Kunsill tal-Musulmani f'Malta li dawn is-sessjonijiet kienu waqfu. Hu talab jkunu infurmati l-Pulizija biex dan it-talb jitwaqqaf. Tabone ġie infurmat li l-kunsill għamel rapport lill-Pulizija.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home