Thursday, September 29, 2016

Iċ-Ċikonji telqu ...dawk li ġew f'nofs Settembru telqu minn Fagnana fl-Italja

Nhar it-Tlieta filgħodu, is-sitt Ċikonji li qattgħu lejl f'pajjiżna fejn għal ħafna ħin dehru fuq arbli għoljin f'Bengħajsa, taru fuq il-baħar fid-direzzjoni tal-Lbiċ ta' Malta. Huma kienu mgħassa minn diversi volontieri tal-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK). Intant l-ornitoloġista Natalino Fenech ta informazzjoni fuq iċ-Ċikonji li kienu ġew f'nofs Settembru u li għamlu ħin sostanzjali itiru f'żoni f'Ħal Kirkop.
Hu qal li dawn iċ-Ċikonji, kienu jgħixu f'Fagnana u kienu parti minn programm ta' rintroduzzjoni. Din ma kinitx l-ewwel darba li Ċikonji minn din iż-żona ġew f'Malta. Huma tara minn ta' l-inqas 1,122 kilometru qabel waslu f'pajjiżna. Intant dwar iċ-Ċikonji li ġew f'pajjiżna nhar it-Tnejn, l-FKNK qalet li "membri tal-KRPE fi ħdan il-Federazzjoni Kaccaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) qattgħu l-lejl maċ-Cikonji f'Bengħajsa. Malli sebaħ, kienu numerużi l-membri tal-FKNK li marru hemm biex jiġbdu r-ritratti. Aktar tard matul il-ġurnata, iċ-Ċikonji ttajru l-barra u baqgħu sejrin bil-kwiet. Il-FKNK irringrazzjat lill-volontiera li ghamlu l-lejl f’Bengħajsa, u tispera li oħrajn ikunu lesti jagħmlu l-istess meta tinqala' l-ħtieġa.
Ritratt: JAMES AQUILINA

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home