Il-kariga ta' sindku f'għajnejn in-nies ...
Kevin Barun, eks-Sindku ta' Birżebbuġa: Titqies li qiegħda biex tħaxxen butek ... jew elett biex tkun biċċa tal-art L-aħħar attività uffiċjali ta' Kevin Barun bħala Sindku ta' Birżebbuġa kienet f'Jum Birżebbuġa. Ma naqasx li fi tmien din l-avventura tiegħu ta' ħidma b'risq Birżebbuġa jesprimi l-ħsibijiet tiegħu dwar kif in-nies iħarsu lejn il-kariga ta' sindku. Fi kliemu stess f'għajnejn in-nies il-kariga jarawha bħala li biex tħaxxen butek jew inkella li kont elett biex issir biċċa tal-art. Kevin Barun jikteb li "kienet avventura li fiha tgħallimt naqdi u nkun ta' servizz. Tgħallimt nisma'. Tgħallimt li hu aktar ta' sodisfazzjon meta tagħti mingħajr ma tistenna. Il-politika sabiħa. Ħasra li f'għajnejn in-nies aktar titqies bħala kariga li qiegħda hemm biex tħaxxen butek. Jew li il-persuna eletta qiegħda hemm biex tkun biċċa tal-art, inkella noqogħdu nheddu bil-vot."
Tenna li "wisq nibża' li jekk mhux se nibdew naraw il-kunsilli lokali bħala servizz u li aħna r-residenti rridu ngħinu lil dawk eletti jkunu effiċjenti, u mhux naraw kif se naħlulhom ħinhom, dawn se jmutu mewta naturali. Jekk għandek problema ċempel lil Customer Care u mhux lis-sindku jew xi kunsillier. Kontra kif jaħsbu ħafna nies, sindku mhuwiex xogħol fulltajm il-kunsill, iżda speċi ta' partajmer. Xogħol min hu elett hu li jagħmel il-politika. Jiddispjaċini ngħid li minħabba l-ammont ta' telefonati u xogħol żejjed li wettaqt, għax wara li nirċevihom, jien stess inċempel customer care, ma kellix ħin inwettaq dak li xtaqt. Nipprova nwettaq dawn ix-xewqat meta nirtira jekk ikunu għadhom jeżistu il-kunsilli."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home