Sunday, October 2, 2016

"Il-Gvern ħadilna l-ideat tagħna għall-Baġit li ġej"
           - Il-Whip Nazzjonalista David Agius

Il-Whip Nazzjonalista David Agius irreaġixxa għar-rapport ta' IT-TORĊA li fih ingħad li l-Partit Nazzjonalista fassal il-proposti għall-baġit għas-sena 2017 wara li twassallu tagħrif dwar x'se jkun jinkludi l-baġit proprju tal-Gvern għas-sena li ġejja.  Hu ddikjara fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzonalista li l-Gvern qed jagħmel tiegħu ideat tal-Partit Nazzjonalista.
David Agius qal li "l-gvern sema' x'qal il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u ovvjament issa l-gvern se jipprova jgħid li dawn huma ideat tieghu. Dawn huma ideat tagħna li l-gvern qed jagħmilhom tiegħu."
Enfasizza li "jien ma niddejjaqx li nagħti l-ideat u jimxu fuqhom. Il-gvern llum jaf x'inhuma l-proposti u se jagħmilhom fil-baġit u issa qed jipprova jgħid li l-Partit Nazzjonalista  saru jafu bil-proposti tal-baġit".
Kienet it-TORĊA u l-ġurnal L-ORIZZONT  li b'investigazzjonijiet dettaljati u provati ċari kixfu x-xibka ta' spjunaġġ Nazzjonalista f'diversi diparitmenti u entitajiet pubbliċi strateġiċi fosthom fl-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), il-Bank Ċentrali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home