Jitolbu studju ġdid għal sit alternattiv għal mitjar f'Għawdex
Waqt li ftit tax-xhur ilu kienet ingħatat indikazzjoni ċara fil-Parlament li l-Gvern mhux qed jikkunsidra l-possibilità ta' servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex, issa qed isir magħruf li qed issir talba ġdida biex ikunu hemm allokazzjoni ta' fondi biex isiru studji ġodda. Dawn għandhom jidentifikaw siti ġodda alternattivi fejn jista' jsir mitjar għalL.-ajruplani żgħar. Sa issa, dejjem ingħad li l-aħjar sit kien dak fil-post magħruf f'Ta' Lambert, fejn kien hemm il-heliport.
Din il-proposta qed issir bħala parti mill-proposti għall-baġit tal-Assoċjazzjoni għat-Turiżmu f'Għawdex. Dwar is-servizz bl-ajru, il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo kien qal li l-Ministeru għal Għawdex, flimkien ma’ Transport Malta, qed jiffoka fuq il-possibilità jew le ta’ mina bejn il-gżejjer ta’ Malta u Għawdex, u l-possibilltà ta’ fast ferry bejn l-Imġarr, Għawdex u ż-żona tal-Port il-Kbir. Għalkemm din il-proposta qed tintlaqa' tajjeb minn dawk li ilhom snin sħaħ jitħabtu biex ikun servizz bl-ajru, ħafna minnhom għadhom jemmnu li l-aħjar sit f'Għawdex hu dak f'Ta' Lambert u dan għax dan diġa intuża għal dan is-servizz. Apparti l-kwistjoni tal-mitjar, l-Assoċjazzjoni għat-Turiżmu f'Għawdex reġgħet ipproponiet li jkun hemm sistema ta' biljetti għas-servizz bil-baħar li jkunu skond l-istaġun, jiġifieri dawk għall-istaġun bejn Jannar u Frar, Novembru u Diċembru, dawk bħal Marzu, April u Mejju u biljetti bi prezz ieħor għal meta jiżdied sew l-użu tas-servizz jiġifieri Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru.
Hi ipproponiet li fix-xhur fejn ikun hemm l-inqas użu il-prezz tal-karozzi u l-passiġġieri għandhom ikunu relattivi għal dawk li jħallsu l-Għawdxin. L-istess assoċjazzjoni qed tipproponi li t-trakkijiet li jaqsmu lejn Malta bil-lejl jagħmlu dan bla ħlas. Talbet li jkun hemm 'ferry service' minn Għawdex lejn il-Belt Valletta u shuttle service bejn l-ajruport internazzjonali ta' Malta u ċ-Ċirkewwa. L-assoċjazzjoni qed tipproponi li tiddaħħal rata ta' VAT li tvarja għal lukandi u qalet li din għandha tkun ta' 3 fil-mija bejn Novembru u Marzu u 7 fil-mija bejn April u Ottubru.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home