Friday, October 7, 2016

Kumment offensiv minn "patrijottiċi" ... azzjoni immedjata minn Alleanza Bidla

Kumment fil-konfront tal-President tar-Repubblika Marie-Louise Coleiro Preca li deher fuq il-paġna ta’ Alleanza Bidla tneħħa wara li l-istess grupp iddistakka ruħu minn tali kitba offensiva.
Il-kumment li ttella’ fil-forma ta’ avviż kien jistieden lis-sewwieqa tal-muturi patrijottiċi biex ma jiħdux sehem fil-rikba bil-muturi organizzata mill-President għas-16 ta’ Ottubru li ġej.
Meta kkuntattjat, il-Kap ta’ Alleanza Bidla Ivan Grech Mintoff qal li l-kumment tneħħa b’mod immedjat hekk kif ġew notifikati bil-preżenza tiegħu. Grech Mintoff filwaqt li qal li dan il-kumment tpoġġa fuq il-paġna tagħhom minn xi ħadd li mhuwiex membru tagħhom, qal li l-istess persuna li poġġiet dan il-kumment offensiv tneħħielu l-aċċess tiegħu b’mod definittiv għall-paġna tagħhom.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home