Siringi mormijin f'ġonna u toroq f'Raħal il-Ġdid ...
"Ma jistax jkun jibqgħu jingħataw siringi bis-sistema preżenti"
Il-kwistjoni dwar siringi użati mormijin f'bandli, latrini pubbliċi, toroq u ġonna, hi xi ħaġa li l-kunsill lokali qed jiltaqa' magħha regolarment. Hawn min qed jirreferi għaliha bħala 'pjaga', xi ħaġa li hi ta' periklu għal residenti u tfal li jiffrekwentaw dawn il-postijiet. Ġieli l-problema teskala meta f'post wieħed ikun hemm ammont kbir ta' siringi mormijin. Xi ħaġa simili seħħet fl-aħħar sigħat f'Raħal il-Ġdid, post li din il-problema hi xi ħaġa li l-kunsill iħabbat wiċċu magħha ta' spiss. Is-Sindku Domenic Grima kkummenta dwar l-aħħar sejba ta' ammont kbir ta' siringi f'post pubblika. Hu ddikjara li "problema kbira li issa laħqet il-limitu tagħha u din mhux biss qed tinkwieta lill-Kunsill Lokali ta' Raħal il-Ġdid imma anki lir-residenti speċjalment il-ġenituri hi l-ammont kbir ta' siringi li qed ikun hawn fit-toroq u l-ġonna tagħna. Hemm bżonn li jsir kontroll miċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid għax ma jistax jkun jibqgħu jingħataw siringi bis-sistema preżenti". Ftit tal-ġimgħat ilu, inewsmalta xandret rapporti dwar siringi misjubin ħdejn skola fil-Marsa, bill-Ministeru għas-Saħħa kien qalilna li għaddejjin diskussjonijiet biex tinstab sistema ġdida.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home