Trid sufan, saqqu jew xkora? Kemm tiġbru minn qalb l-iskart mormi fiż-Żona Industrijali tal-Marsa!
Minkejja sforzi kontinwi biex titqajjem kuxjenza biex pajjiżna jinżamm nadif, xorta waħda b'mod regolari qed jibqa' jkun hemm każi ta' rimi ta' skart goff f'żoni mwarrbin u fil-kampanja. Dan minkejja li fil-lokalitajiet għandna is-servizz ta' ġbir ta' skart goff bla ħlas. L-aħħar każijiet li kien hem kienu jinkludu rimi ta' pultruni, siġġiewi, saqqijiet u ħwejjeġ fiż-żona industrijali tal-Marsa u għadd kbir ta' xkejjer mimlijin skart. Dawn il-postijiet tnaddfu mid-Direttorat għat-Tindif.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home