Thursday, October 13, 2016

L-assenteiżmu fl-iskejjel ... jonqsu bi ftit il-ġenituri li ttellgħu l-Qorti

Matul is-sena skolastika li għaddiet, kien hemm tnaqqis żgħir fl-ammont ta' ġenituri li ttellgħu l-Qorti minħabba l-assenteiżmu ta' wliedhom mill-iskola.
Minn tagħrif li ngħata fil-Parlament mill-Ministru Evarist Bartolo għal mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis, jirriżulta li fis-sena skolastika li għaddiet kien hemm 1,149 ġenitur li ttellgħu l-Qorti, minħabba li wliedhom kienu assenti mill-iskejjel tal-Gvern.
Minn dawn kien hemm 379 ġenituri ta' tfal li jinsabu fil-Primarja u 770 ġenituri ta' tfal li qed jattendu fis-Sekondarja. Waqt li naqsu bi ftit il-ġenituri li wliedhom kienu jattendu fi skola tal-Gvern, żdiedu dawk li ttellgħu l-Qorti u li wliedhom imorru fi skola tal-Knisja u Indipendenti.
Filfatt waqt li fis-sena 2013-2014 kien hemm 27 ġenitur li ttellgħu l-Qorti u li wliedhom imorru fi skejjel tal-Knisja u kien hemm 2 ġenituri li wliedhom imorru fi skejjel privati, is-sena li għaddiet dawn telgħu għal 31 ġenituri li wliedhom imorru fi skola tal-Knisja u 10 fi skejjel indipendenti. Matul is-sena skolastika 2014 u 2015 kien hemm 1,294 ġenitur li wliedhom kienu jmorru fi skejjel tal-Gvern u li ttellgħu l-Qorti fuq assenteiżmu.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home