Thursday, October 13, 2016

Franklin Calleja: "Domna siegħa nitħabtu miegħu u kien beżgħan ... imma salvajnihom"


Fl-aħħar sigħat il-kantant simpatiku Franklin Calleja, qatt m'għaddielu minn moħħu li wara ġurnata xogħol kien se jagħmel ħin konsiderevoli aktar minn siegħa jħabbat il-bibien ta' residenti fi triq u battikata oħra wara biex ħareġ żewġ frieħ ta' qtates li nqabdu f'magni tal-karozzi. Finalment Franklin u l-ħabiba tiegħu, mhux biss salvawhom imma rnexxielhom isibu mara li aċċettat li trabbihom.


Ikkuntattjat minn inewsmalta.com, Franklin qalilna li "ilbieraħ wara li rritornajt id-dar mix-xogħol bdejt nisma' ħafna għajjat minn ġo karozza. Ċempilt lill-ħabiba tiegħi Denelza u spiċċajna nħabbtu l-bibien ta' triq tagħna kollha. Bqajna sakemm sibna s-sid tal-karozza għax naturalment ġo magna ta' karozza tistenna li hemm ċans kbir li jitqattgħu kif appena tistartja. L-ewwel ferħ ta' qattus ġie salvat u konna diġa sodisfatti ħafna. Bdejna nċemplu ħafna nies biex forsi nsibu xi ħadd li jżomm u jrabbih. Irnexxilna wkoll! Lanqas ridna nemmnu għax llum kulħadd jaf li biex trabbi pet bħall-qattus jew kelb hawn min jkun jrid jaħsibha mhux mil-llum għall-llum! Kif appena ħriġna u konna sejrin għall-karozza biex nmorru nagħtu il-qattus lill- din il-mara li kienet interresata taddotah fil-pront nisimgħu ħafna għajjat. Kien hemm ferħ ieħor ġo karozza oħra. Tana ferħ ta' ġenn u fll-pront bdejna nfittxu bil-ferħ l-ieħor f'idejna biex naraw minn fejn ġej l-għajjat!".


Ikompli jgħid li "irnexxilna nsibu t-tieni ferħ ġo karozza oħra pero ma kinitx daqsekk faċli biex qlajna t-tieni wieħed għalkemm diveri nies ħarġu jgħinuna anke billi ġabu d-dawl. Il-ferħ ta' qattus kien maqbud ma' xi affarjiet fll-magna allura kienet ftit aktar diffiċli għalina. Domna siegħa b'kollox biex qlajna t-tieni wieħed imma b'sodisfazzjon kbir minkejja wkoll illi qattawna xi ftit bil-biża li kellhom fuqhom rnexxilna nsalvahom t-tnejn! Fll- pront ċempilna lil din il-mara ngħidulha illi hemm ċans kbir illi sibna t-tieni ferħ u jaf huwa hu ta' l-ewwel ferħ li sibna. L-mara aċċetat li trabbihom t-tnejn f'daqqa hi u mingħajr tlaqliq ta' xejn qaltilna ġibuhom. Minn qalbna f'ismi u f'isem Denelza nixtiequ nirringrazzjaw lil Rita Buhagiar minn Birkirkara talli aċċetat illi trabbihom t-tnejn f'daqqa u xi nies mill-Ħamrun stess ta l-għajnuna illi tawna!."

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home