Is-Segretarju Parlamentari, Justyne Caruana: Issa persuni b'diżabilità jistgħu jfittxu lill-Gvern jekk jinkisrulhom id-drittijiet
Fi tmiem id-dibattitu dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Konvenzjoni dwar Drittijiet ta Persuni b'Diżabilità, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet li b'din il-liġi l-Gvern issa qed jagħti għodda lill-persuni b'diżabilità li biha jistgħu jfittxu l-Gvern kemm f'Malta u anke barra jekk jinkisrulhom id-drittijiet. Hi qalet li issa b'din il-liġi d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità huma fl-istess livell ta' dawk Ewropew. Qalet li qabel kien veru li pajjiżna irratifika l-konvenzjoni, iżda din ma ngħatatx il-forza legali. Issa qed nagħtu għodda lill-persuni b'diżabilità li jekk ikun hemm ksur ta' drittijiet jistgħu jfittxu lill-Gvern f'Malta u anke barra minn Malta. Qed nagħtuhom din l-għodda biex jipproteġu d-drittijiet tagħhom.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home