L-Oppożizzjoni toħroġ 'il barra mill-Parlament għax tkellem Konrad Mizzi
PN: Konrad Mizzi mistoqsija waħda għandu xi jwieġeb: Minn fejn kien se jġib il-miljuni biex jitfa’ fil-kumpanija sigrieta tal-Panama Joseph Muscat qed jiprova jgħatti l-iskandlu tal-Panama billi jibgħat lill-Konrad Mizzi - suppost Ministru bla portafoll, iżda għadu Ministru tal-Enerġija - biex jitkellem fil-Parlament qisu xejn mhu xejn. Muscat sejjer żball, għax il-poplu Malti u Għawdxi għadu rrabjat għalih għall-fatt li flok keċċa lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri, iddefendihom u lil wieħed tah promotion. Jekk iħoss li għandu jitkellem, Konrad Mizzi għandu jwieġeb mistoqsija waħda: Minn fejn kien se jġib il-miljuni biex jitfagħhom fil-kumpanija sigrieta fil-Panama. Konrad Mizzi hu responsabbli mid-deals kollha li dan il-Gvern qed iżomm moħbija: Id-deal mas-SOCAR dwar ix-xiri taż-żejt, il-privatizzazzjoni tal-Enemalta, il-bejgħ tal-Power Station tal-BWSC, il-privatizzazzjoni tal-Isptar San Luqa, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, id-deal tal-Power Station il-ġdida, kif ukoll id-deal tat-tanker tal-gass li daħal ilbieraħ fil-bajja ta’ Marsaxlokk.
PL: Simon Busuttil bitter, arroganti u politikament iddisprat L-arroganza ta’ Simon Busuttil u l-Oppożizzjoni tiegħu kompliet toħroġ fil-beraħ aktar illum meta l-Kap tal-Oppożizzjoni ma riedx iħalli lil Ministru Konrad Mizzi jitkellem biex iwieġeb lill-Oppożizzjoni fuq mistoqsijiet li għamlet hi stess dwar il-qalba għall-gass. Biex ma jismax il-fatti, Simon Busuttil reġa’ għal darba oħra sabbat saqajh u għażel li jitlaq ‘il barra mill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Din hija l-arroganza ta' min huwa bitter u politikament iddisprat. Aktar kmieni: Hekk kif wara stqarrija Ministerjali fil-Parlament mill-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera, dan talab lil Ministru Konrad Mizzi biex jispjega dettalji tekniċi marbutin mat-tanker tal-gass li hemm f'Marsaxlokk, qamet kwistjoni mill-Oppożizzjoni. Il-Kap tal-Oppożizzjoni oġġezzjona li l-Ministru Mizzi jagħti spjegazzjoni. Minn naħa tiegħu intervjena l-Ispiker Anġlu Farrugia u qal li jista' Ministru jagħti l-kelma lil Ministru ieħor biex jagħti spjegazzjoni. Minn naħa tiegħu, l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Oppożizzjoni ma tirrikonoxxix il-leġittimità tal-Minsitri Mizzi u ddikjara li l-Oppożizzjoni se toħroġ 'il barra mill-Kamra.
1 Comments:
TIEĦU TAGĦBIJA URĠENTI?
Qed tfittex self u ipoteki, u inti dejjem tiġi miċħud mill-bank tiegħek u minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra. L-aħbar it-tajba hija li noffrulek self sa massimu ta '$ 50,000,000.00. Fl-OX self ewlieni, aħna qegħdin fin-negozju li joffru self u skambju kummerċjali. Ahna noffru self garantit / mhux garantit lill-kategoriji kollha ta 'nies, b'rata ta' 3%. Aħna kreditat, affidabbli, affidabbli, effiċjenti u dinamiċi Self Selliefa RSS.Contact us illum permezz ta 'email: summerfinanceplc@gmail.com jew whatsapp: +2347063370312
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home