Rapport dwar is-siringi fuq inewsmalta.com diskuss fil-Parlament
Il-kwistjoni marbuta ma' siringi użati mormijin f'post pubbliku f'Raħal il-Ġdid, liema każ tqajjem minn inewsmalta.com spiċċat parti mid-diskussjoni fil-ħin tal-mistoqsijiet tal-Parlament. Kien id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech li semma' r-rapport ta' inewsmalta.com dwar is-siringi użati mormijin. Hu qal li l-Oppożizzjoni taqbel li s-siringi jingħataw b'xejn. Hu staqsa jekk il-Gvern jikkunsidrax idaħħal sistema biex tintraċċa s-siringi użati. Il-Ministru għas-Saħħa, Dr Chris Fearne talbu jpoġġi r-rapport ta' inewsmalta.com fuq il-Mejda tal-Parlament. Minn naħa tiegħu l-Ministru qal li minn xahar ilu 'l hawn dawk il-persuni li jiġbru s-siringi qed jingħataw kontejner isfar biex jiddisponu mis-siringi u dan imbagħad jinġabar.
1 Comments:
https://www.googleadservices.com/pagead/aclk?sa=L&ai=DChcSEwi-kbe37t3RAhUVExsKHX6vAj0YABAC&ohost=www.google.com.ng&cid=CAESIuD20H0lQNDaR_14nwGhNo2MIVR1TFA-pdd3YH49GSJXRM0&sig=AOD64_2n_s9rwSEl_OkKDYxWnSr7QrDgUA&q=&ved=0ahUKEwic5rK37t3RAhXBrxoKHXRdD5c4HhDRDAhk&adurl=
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home