Ċirkolu San Ġwann Bosco: Il-Kurja twieġeb u tgħid li "l-post magħluq għal kulħadd"
Hekk kif ninsabu resqin lejn iż-żmien tal-Milied u f'diversi rħula diġà bdew il-preparamenti marbutin ma' pageants u attivitajiet oħra, f'Ħal Tarxien, it-Tarxien Pageant Group jinsab f'dilemma kbira. Dan għax din l-għaqda tinsab f'xifer li tisfaxxa hekk kif il-post li kienu joperaw minnu - iċ-Ċirkolu San Ġwann Bosco ngħalaq. Għal sentejn sħaħ il-pageant ma saritx u hemm riskju li din is-sena ma ssirx. Il-Grupp, li l-għan tiegħu dejjem kien li jxandar l-Evanġelju b'mod differenti, issa qed jistaqsi direttament lill-Kurja jekk għandux l-appoġġ tagħha. F'ittra dettaljata li kitbu lil Mons. Arċisqof Charles Scicluna, huma ġew imwieġba b'ittra xotta li tgħid li ċ-ċirkolu hu magħluq għal kulħadd. L-ittra ta' Tarxien Pageant Group tgħid li ''l-grupp qiegħed jitlob raġuni konkreta għaliex ġie imcaħħad milli jibqa' jattendi fiċ-Ċirkolu San Ġwann Bosco, b’konsegwenzi li kellna nħassru l-aħħar żewġ pageants wara w21 sena ta’ attività kontinwa. Attività li tinvolvi ‘l fuq minn 150 volontarju li ta kull sena kienu jagħtu kollox għaliha u li kienet ta’ ġid għal min jsegwiha. Ma' kull min tkellimna s’issa, inklużi membri mill-Kurja, ħadt ma kien jaf għaliex dan il-post ingħalaq u qiegħed jitħalla magħluq". Dwar ir-restawr l-ittra qalet li ''waqt li nagħmluha ċara li dejjem konna favur li l-post jitranġa u jisbieħ għal min irid jużah, għandna informazzjoni konkreta minn siti uffiċjali tal-MEPA, ladarba ma konniex mistiedna mill-Kappillan biex niddiskutu il-futur u l-ippjanar tal-post, li permess jew applikazzjoni għall-permess għad m’hemmx. Dan ifisser li fadal xhur jekk mhux snin ta’ dewmien biex il-proġett jibda. Il-grupp qiegħed jitlob il-permess li juża l-post biex itella' din il-pageant, li tressaq 'il fuq minn elf spettatur kull sena jisimgħu il-kelma t’Alla, sakemm allinqas jibda l-process." L-ittra tkompli tgħid li "nixtiquk iżomm f’moħħok ukoll li l-għaqda issa ma tiflaħx aktar stennija. Ma tiflaħx tgħid lill-membri tagħħa li l-pageant mhux se jsir għat-tielet sena konsekuttiva. Il-membri diġà bdew jitbiegħdu mill-għaqda u qegħdin f’riskju serju li nitilfu kulma ħdimna għalih fl-20 sena li għaddew. Dan kollu mingħajr raġuni konkreta għaliex qiegħed iseħħ dan kollu."
Intqal li "l-kumitat ta’ dan il-grupp baqa' jitħabat u jikkumbatti biex jsalva din l-għaqda li ġiet maħluqa biex twassal l-evanġelju b’mod differenti. Ma nistgħux nibqgħu naħdmu weħidna kontra l-kurrent. Ninsabu kemmxejn iddispjaċuti li din is-sitwazzjoni issa waslet s’hawn. Il-grupp qiegħed jistaqsi jekk għandux appoġġ totali mill-Knisja biex ikompli bil-ħidma tiegħu fil-futur. Qegħdin nistaqsu din il-mistoqsija għax s'issa risposta pożittiva kellna, pero azzjoni ma rajniex. Laqgħat u diskussjonijiet li ma wasslu għal xejn. Li tweġgħalna qalbna hi, li nħallu din l-għaqda tisfaxxalna fix-xejn." F'ittra li ntbagħatitilhom mill-Kurja intqal li "għaddewli l-ittra li inti ktibt lil Monsinjur Arċisqof. Iċ-Ċirkolu San Ġwann Bosco tal-Parroċċa ta' Ħal Tarxien bħalissa mhux qiegħed fi stat li jintuża u kif taf inti hu magħluq għal kulħadd". L-ittra ġġib il-firma ta' Mons. Frans Abdilla, Vigarju Episkopali għall-Kleru u l-Parroċċi.
2 Comments:
TIEĦU TAGĦBIJA URĠENTI?
Qed tfittex self u ipoteki, u inti dejjem tiġi miċħud mill-bank tiegħek u minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra. L-aħbar it-tajba hija li noffrulek self sa massimu ta '$ 50,000,000.00. Fl-OX self ewlieni, aħna qegħdin fin-negozju li joffru self u skambju kummerċjali. Ahna noffru self garantit / mhux garantit lill-kategoriji kollha ta 'nies, b'rata ta' 3%. Aħna kreditat, affidabbli, affidabbli, effiċjenti u dinamiċi Self Selliefa RSS.Contact us illum permezz ta 'email: summerfinanceplc@gmail.com jew whatsapp: +2347063370312
TIEĦU TAGĦBIJA URĠENTI?
Qed tfittex self u ipoteki, u inti dejjem tiġi miċħud mill-bank tiegħek u minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra. L-aħbar it-tajba hija li noffrulek self sa massimu ta '$ 50,000,000.00. Fl-OX self ewlieni, aħna qegħdin fin-negozju li joffru self u skambju kummerċjali. Ahna noffru self garantit / mhux garantit lill-kategoriji kollha ta 'nies, b'rata ta' 3%. Aħna kreditat, affidabbli, affidabbli, effiċjenti u dinamiċi Self Selliefa RSS.Contact us illum permezz ta 'email: summerfinanceplc@gmail.com jew whatsapp: +2347063370312
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home