Thursday, October 13, 2016


Tgħid li s-sajf li ġej m'għandux ikun hemm armar tal-festi li joħloq problemi ta' aċċess

Id-Deputata Nazzjonalista Paula Mifsud Bonniċi, f'intervent li għamlet fil-Parlament dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Konvenzjoni dwar Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, qalet li matul is-sajf li għadda rat ħafna armar tal-festi li kien qed joħloq problemi ta' aċċess għall-persuni b'diżabilità.
Qalet li tittama lis-sajf li ġej ma jkunx hemm armar tal-festi li joħloq problemi ta' aċċess. Minn naħa tiegħu, id-Deputat Laburista Etienne Grech fl-intervent tiegħu qal li dan il-gvern hu kommess li jkompli jtejjeb il-ħajja tal-persuni b'diżabilità. Qal li anke l-qgħad fost persuni b'diżabilità naqas b'mod drastiku. Hu qal li "nagħmlu kemm nagħmlu dejjem hemm ħafna aktar x'wieħed jagħmel".

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home