Friday, October 14, 2016

Monument tal-egoiżmu għal Brussell … Eku tat-traġedja tal-għarqa ta' 800 immigrant fl-2015


Id-dgħajsa li fuqha kienu mietu madwar 800 immigrant, fejn x'uħud mill-mejtin kienu inġabu Malta u ndifnu hawn f'April tas-sena li għaddiet, issa tinsab f'kontroversja ġdida. Din id-dgħajsa li ttellgħet mill-baħar ftit tal-ġimgħat ilu u bħalissa tinsab fl-Italja issa qed tkun proposta li titieħed fi Brussels u tkun esebita hemm.
Din il-proposta saret mill-Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi. Fi kliem Renzi, "l-Ewropa għandha tibdel il-mod kif qed tħares lejn ċerti kwistjonijiet fosthom il-ġlieda kontra l-iskart mill-ikel u l-immigrazzjoni". Renzi qal dan waqt attività konnessa mal-Jum Dinji tal-Ikel, fejn hu iddikjara li din id-dgħajsa għandha titpoġġa fi Brussels barra l-bini ta' istituzzjonijiet Ewropej. Renzi ddeskriva din id-dgħajsa bħala monument ta' l-egoizmu.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home