"Fejn hi t-tarbija? Fejn hi?"
F'moħħ għadd ta' volontieri li qed imexxu ħidma ta' salvataġġ f'nofs il-Mediterran permezz ta' l-organizazzjoni Stichting Bootvluchteling, se tibqa' stampa l-moħħhom l-għajta ta' omm. Omm li kienet salvata ftit sigħat ilu, imma li l-karba tagħha 'fejn hi t-tarbija?', tista' tgħid li nisslet diqa kbira.- It-tarbija, John ta' tlett snin, kien m'ommu fuq id-dinghi. Dingiy li
tista' tgħid kien aktar minn nofsu mgħarraq. Fi dlam ċappa u
b'immigranti iżommu ma' xulxin biex ma jintilfux f'dak il-baħar, John u
tifla oħra żgħira spiċċaw għebu fil-baħar. Tfittxijiet għalihom
irriżultaw fin-negattiv. Stichting Bootvluchteling ippubblikaw ritratt
li nġibdu minn Kenny Karpov, f'nofs ta' lejl. Voluntieri abbord
il-bastiment jirrakkontaw li "l-baħar kien qed iħabbat sew. Ir-riħ kien
qawwi. Kien dlam ċappa. Irċevejna messaġġ li hemm dgħajsa ftit mili
'barra mill-kosta Libjana li kienet f'diffikulta. Bi tlett bastimenti, u
drones, bdejna infittxu fiż-żona indikata.
Finalment id-dinghy jinstab. Quddiem u wara tad-dinghi kienu jidhru 'l fuqmill-ilma. Il-persuni fuqu ma bdew jgħidu xejn. Sibnihom m'għannqin ma' xulxin biex ma jispiċċawx fil-baħar. Kienu bla ġgieget ta' salvataġġ. Id-dinghi kien qed jagħmel l-ilma u l-mutur ma kienx qed jaħdem. Is-salvataġġ dam siegħa. Ħsibna li kulħadd ġie salvat iżda niġu infurmati li kien hemm tifel ta' tlett snin u tifla ta' 16-il sena li għebu".
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home